Cagliari f’Turin b’diversi eks-plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi eks-plejers ta’ Juventus illejla se jkunu qed jilagħbu ma’ Cagliari. Qabelxejn hemm żewġ idoli tas-supporters fl-aħħar snin: Padoin u Storari. Kienu żewġ riservi ta’ kwalità li dejjem taw qalbhom għat-tim kull darba li l-kowċ bagħathom fil-grawnd. Eks-plejer ieħor hu Marco Borriello, protagonist tal-ewwel scudetto tal-era Conte, anki jekk it-tifikra tiegħu mas-supporters mhix xi waħda kbira. Ir-raba’ u l-aħħar eks-plejer hu Niccolò Giannetti, li hu prodott tas-settore giovanile ta’ Juventus. Hu lagħab xi partiti mal-ewwel tim tal-Bianconeri u saħansitra f’Diċembru 2010 skorja fl-Europa League kontra Manchester City. Ma’ dawn l-erba’ rridu nżidu eks-plejer ieħor ta’ Juventus li bħalissa jinsab barra: Mauricio Isla.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *