Is-sentenza definittiva fil-proċess ta’ Calciopoli mhux se tasal illum kif kien mistenni. Illum qed jinstema’ l-aħħar appell imressaq minn Luciano Moggi u kien mistenni li llum stess toħroġ is-sentenza. Madankollu l-imħallef għamilha ċara li s-sentenza se titħalla għal udjenza oħra fit-23 ta’ Marzu. Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-kumplessità tal-kawża. Juventus qed isegwu din il-kawża għax jekk tkun konfermata s-sentenza tal-ewwel appell u allura Juventus ma jinstabux ħatja, il-Bianconeri jkunu jistgħu jitolbu r-reviżjoni tal-proċess tal-Giustizia Sportiva. Juventus hekk ikunu jistgħu jiksbu lura ż-żewġ scudetti li ttieħdulhom fl-2006. Fl-istess ħin Juventus ikunu jistgħu jmexxu r-rikors tagħhom għal ħlas ta’ danni mill-FIGC li jammontaw għal 443 miljun Ewro.
Matthew Scerri