Monaco joffru 15-il miljun Ewro għal Llorente

MatthewJuve News Leave a Comment

Monaco offrew 15-il miljun Ewro għal Fernando Llorente. Juventus lesti jaċċettaw din l-offerta għalkemm wieħed irid jara jekk Llorente jridx jiffirma magħhom. Minn dak li qed ikun rappurtat, jirriżulta li Llorente jippreferi lil Seville, għalkemm hemm kontrihom il-kwistjoni tal-paga. Fil-fatt Monaco lesti jiggarantulu l-paga li għandu ma’ Juventus, ħaġa li Seville ma jistgħux jaffordjaw. Matthew Scerri

Ħadna lil Mandzukic!

MatthewJuve News Leave a Comment

Mario Mandzukic hu l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Marotta laħaq ftehim ma’ Atletico Madrid biex jixtri lil Mandzukic għas-somma ta’ 18-il miljun Ewro. L-attakkant Kroat se jiffirma għal erba’ snin. Nhar it-Tnejn hu se jkun Turin għall-medical tests u wara jkun uffiċjlament imħabbar l-akkwist tiegħu. Matthew Scerri

Sassuolo jridu lil Coman

MatthewJuve News Leave a Comment

Sassuolo qed jitolbu lil Juventus li jagħtuhom b’self lil Kingsley Coman. Bħalissa Juventus u Sassuolo qed jiddiskutu t-trasferiment ta’ Zaza u Berardi mal-Bianconeri. Sassuolo ovvjament jeħtieġu attakkant minflokhom u jixtiequ li dan ikun Coman. Juventus għalissa għadhom indeċiżi peress li Allegri jippreferi jżommu u jilagħbu iktar din is-sena. Matthew Scerri

Għada Marotta se jkun Madrid għal Mandzukic

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada Beppe Marotta mistenni jmur Madrid sabiex jinnegozja l-akkwist ta’ Mario Mandzukic mingħand Atletico. Juventus huma diġà miftehma ma’ Mandzukic għal kuntratt ta’ 4 snin b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Issa jonqos il-ftehim ma’ Atleticco. L-Ispanjoli qed jitolbu 20 miljun, Marotta qed joffri 15-il miljun. Għada stess jista’ jinstab kompromess u Mandzukic ikun jista’ jsir l-akkwist il-ġdid tal-Bianconeri. Matthew Scerri

Juventus iridu 6.4 miljun Ewro għal Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Hu fatt magħruf li Tevez irid jitlaq lil Juventus biex imur ma’ Boca Juniors. Tevez fadallu sena kuntratt ma’ Juventus u l-Bianconeri jridu somma flus biex iħalluh jitlaq issa. Minħabba raġunijiet ta’ accounts, il-valur ta’ Tevez illum hu ta’ 6.4 miljun Ewro. Hekk qed tirraporta ‘Tuttosport’. Boca Juniors mhux disposti jħallsu daqshekk. Ir-rumours huma li Boca se jagħtuna 3 miljun …

Bħal-lum fil-passat (18/6/2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Fit-18 ta’ Ġunju 1960 intlagħbet is-Semifinali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Lazio. Il-Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 3-0, bil-gowls ikollhom il-firma ta’ Cervato, Lojodice u John Charles. Fil-video t’hawn taħt tistgħu ssibu l-gowls tal-partita.

Vidal jitlob pubblikament skuża

MatthewJuve News Leave a Comment

F’konferenza tal-aħbarijiet tard ilbieraħ, Arturo Vidal talab pubblikament skuża għal dak li ġara. Bid-dmugħ f’għajnejh hu qal li kien jinsab iddispjaċut li poġġa ħajtu u ħajjet il-mara f’periklu. Vidal ammetta li kien ħa biss żewġ drinks mill-casinò fejn qatta’ is-serata. Intant il-Qorti ta’ pajjiżu sabitu ħati u ħaditlu l-liċenzja tas-sewqan għal erba’ xhur. Barra minn hekk darba kull xahar se …