Ir-rebħa numru 50 f’darna kontra Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ Juventus kisbu r-rebħa numru 50 fil-partiti kontra Milan li ntlagħbu f’Turin. Qed nirreferu għall-konfronti diretti komplessivi f’kull kompetizzjoni. Din hi ċertament ċifra sabiħa meta nżommu quddiem għajnejna li Milan għal snin twal kienu wieħed mill-aqwa klabbs fid-dinja. Matthew Scerri

Numri u statistika dwar Buffon, Vidal, Pirlo u Chiellini

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-partita kontra Milan kienet it-350 waħda ta’ Giorgio Chiellini bil-flokk ta’ Juventus, kif ukoll il-150 partita ta’ Vidal u Pirlo ma’ Juventus. Fl-istess ħin Buffon laħaq lil Scirea f’dawk li huma partiti mill-ewwel minuta ma’ Juventus fis-Serie A: 374 partita. Aħjar minn Scirea u Buffon hemm biss Del Piero (378) u Boniperti (443). Matthew Scerri

Rekord: 10 gowls fl-ewwel kwarta!

MatthewJuve News Leave a Comment

B’dak tal-bieraħ kontra Milan, Juventus skorjaw l-10 gowl f’dan l-istaġun qabel l-ewwel kwarta tal-partita. Dan hu record għall-Italja u juri d-determinazzjoni li biha l-iskwadra Juventina qed tinsel fil-grawnd. Matthew Scerri

Raiola: “Pogba se jinbigħ għal prezz ogħla minn dak ta’ Ronaldo”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mino Raiola tkellem ma’ “Telefoot” u tenna mill-ġdid dak li hu jaħseb dwar Paul Pogba: “F’dan il-mument Pogba jista’ jmur biss f’sitt timijiet. Jekk is-sajf li ġej ikun wasal il-mument li jitlaq, se jitlaq. Inkella se jibqa’ ma’ Juventus. M’hemmx għaġġla. It-trasferiment tiegħu mhuwiex l-objettiv. Li hu ċert hu li meta se jmur ma’ ħaddieħor se jkun imħallas iktar minn …

Juventus-Milan bir-ritratti

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed inġibulkom hawn taħt ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Milan. Infakkrukom li meta tikklikkjaw fuq wieħed mir-ritratti, awtomatikament tinfetaħ slideshow bir-ritratti ta’ qies kbir.  

Juventus-Milan 3-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus normali kienet biżżejjed biex għelbet lil Milan b’mod mill-aktar faċli. Juventus huma tassew magna perfetta li kapaċi tkisser lill-avversarji anki meta wħud mill-aqwa stilel ikunu mhux f’sikkithom. Eżempju ċar ta’ dan hu Tevez li lbieraħ kellu d-deni, iżda llejla xorta waħda għaraf ipoġġi lil Juventus fil-vantaġġ u tqabad fil-grawnd għal partita sħiħa. JUVENTUS-MILAN 3-1 Skorjaw: Tevez (J), Antonelli (M), …

Juve-Milan. Narawkom il-Club!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla fid-8.45 p.m. se jintlagħab il-big match bejn Juventus u Milan. Bħal dejjem din il-partita tkunu tistgħu tarawhom fil-premises tal-Club tagħna. Inkunu miftuħin kmieni sabiex flimkien nassistu għal dak kollu li jseħħ qabel il-partita. Dan kollou f’atmosfera mill-aqwa ta’ ħbiberija u ferħ li hi ideali għall-familji kollha. Narawkom il-Club flimkien mal-ħbieb u l-familjari tagħkom! Matthew Scerri

Il-mara ta’ Evra vittma ta’ serqa

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-mara ta’ Patrice Evra, is-Sinjura Sandra Evra sfat vittma ta’ serqa. Fil-fatt, waqt li kienet qed tgħabbi fil-karozza x-xirja li għamlet minn supermarket, kien hemm persuna li serqitilha l-handbag bil-flus u d-dokumenti personali tagħha. Matthew Scerri

Video mill-passat: l-aħħar gowl ta’ Gentile ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Tlieta u tletin sena ilu Claudio Gentile kien skorja l-aħħar gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Kien proprju fis-7 ta’ Frar 1982 fil-partita Coma-Juventus (skor finali 0-2) li Gentile skorja l-għaxar u l-aħħar gowl tiegħu ma’ Juventus. Komplessivament hu lagħab 415 darba għal Juventus. Forsi ma kienx jiskorja ħafna imma żgur kien difensur mill-aqwa li kien jagħraf jimmarka bl-aqwa mod possibbli …