Partita ta’ ħbiberija fl-okkażjoni tal-40 anniversarju tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li bħalissa l-klabb tagħna qed jorganizza fl-għeluq l-40 sena mit-twaqqif tiegħu, nhar il-Ħamis 11 ta’ Ġunju ntlagħbet partita futbol bejn il-Manchester Supporters Club u tim tal-klabb tagħna li ntemmet bl-iskor ta’ 1-3 favur it-tim tagħna. Grazzi lill Dominic Calleja tad-Dical House li għoġbu joffrilna it-trophies, grazzi ukoll lill-organizzatur Pierre Bonavia u prosit lit-tim tagħna. Joe Shields Segretarju

Ebda laqgħa llum mal-aġenti ta’ Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum ma kien hemm ebda laqgħa bejn Marotta u l-aġenti ta’ Tevez. Juventus qed iżommu kuntatt kontinwu mal-aġenti tal-attakkant Arġentin u qed jistennew ir-risposta mingħand Tevez dwar il-futur tiegħu. Marotta kien ċar ilbieraħ li Tevez hu liberu li jagħżel fejn se jilgħab is-sena d-dieħla, biss Juventus iridu jkunu jafu malajr kemm jista’ jkun. Matthew Scerri

Morata: “Kuntent ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn “Cadena Cope”, Alvaro Morata stqarr li jinsab kuntent ħafna ma’ Juventus u li Benitez qatt ma kellmu. L-attakkant Spanjol sostna li hu jħoss li għandu d-‘dejn’ mas-sapporters Bianconeri li rahom mnikkta wara l-Finali ta’ Berlin. Hu temm jgħid li jixtieq ħafna ‘jħallas id-dejn’ tiegħu magħhom billi jagħmilhom kuntenti bir-rebħ ta’ aktar unuri. Matthew Scerri

Programm taż-żjarat ta’ Birindelli-Davids-Ferrara

MatthewJuve News Leave a Comment

Kif tafu l-Club tagħna fil-ġranet li ġejjin se jkun qiegħed jospita tliet plejers illustri li lagħbu mal-Juventus fil-passat mhux tant imbiegħed, cioè, Alessandro Birindelli, Edgar Davids u Ciro Ferrara. Għandna preparati diversi avvenimenti matul iż-żjara tagħhom ġewwa pajjiżna għalhekk hawn taħt qiegħed ninkludilek il-programm sħiħ. • Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Gunju fis-7.00pm Alessandro Birindelli se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-membri tagħna in …

Tevez sejjer ma’ Atletico Madrid?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar sigħat donnhom qed jiżdiedu x-xnigħat li Carlos Tevez se jitlaq lil Juventus. S’issa dejjem qrajna li hu jrid imur lura pajjiżu. Madankollu fl-aħħar sigħat kibret il-possibbiltà li hu jibqa’ fl-Ewropa. PSG iriduh, filwaqt li Atletico Madrid diġà kellmu lill-aġent tiegħu. Is-siti tal-futbol qed jirrapurtaw li Tevez qed jikkunsidra serjament li jaċċetta l-offerta ta’ Atletico Madrid. Intant, forsi llum stess, …

Konfermat l-interess ta’ Juve f’Nainggolan

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn “L’Unione Sarda” id-Direttur Sportiv ta’ Cagliari, Capozucca kkonferma li Juventus iridu lil Radja Nainggolan. Hu sostna li Cagliari se jbigħu lil Nainggolan lill-klabb li jissodisfa t-talbiet tagħhom u ta x’wieħed jifhem li huma jridu 18-il miljun Ewro għan-nofs tagħhom fil-komproprjetà tal-midfielder Belġjan. Matthew Scerri