Plejers sospiżi fis-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Philippe Mexes ġie sospiż 4 partita wara li agredixxa lil Mauri fil-grawnd nhar is-Sibt. Id iebsa tal-Giudice Sportivo anki ma’ Panagiotis Kone ta’ Udinese, li weħel sospensjoni ta’ 3 partiti wara li tkeċċa fil-partita Empoli-Udinese u refa’ idejh fuq ir-referee. Kemm Mexes kif ukoll Kone se jitilfu l-partiti kontra Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Plejers oħra sospiżi fis-Serie A, kollha għal …

Jovetic u flus għal Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘The Sun’ tirraporta li Manchester City jridu jegħlbu l-konkorrenza ta’ Chelsea sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Paul Pogba. Allegatament is-Citizens qed joffru lil Juventus somma flus flimkien ma’ Stevan Jovetic. L-offerta tagħhom qed toqrob ħafna lill-100 miljun li tkellem dwarhom Allegri nhar il-Ħadd. Matthew Scerri

Mattiello lejn self ma’ Chievo

MatthewJuve News Leave a Comment

Chievo talbu lil Juventus li jisilfulhom lil Federico Mattiello. Din is-sena hu ttrenja u lagħab mat-tim tal-kbar peress li Allegri jemmen ħafna fih. Issa hu jista’ jiġi misluf sabiex jilgħab b’regolarità u jkun jista’ jikseb ftit iktar esperjenza. Matthew Scerri

Video: L-ewwel konfront ta’ dejjem bejn Juve u Parma

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus-Parma hi waħda mill-partita li l-iktar ikkaratterizzat is-Snin Disgħin. Kienu ħafna l-isfidi bejn iż-żewġ klabbs, li spiss sfidaw lil xulxin għal unuri importanti. Hawnhekk nixtiequ nfakkru l-ewwel partita li qatt intlagħbet bejn Juventus u Parma. Il-klabb ta’ Parma deher għall-ewwel darba fis-Serie A fl-istaġun 1990/91. Fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, huma kienu affrontaw lil Juventus. Fi kliem ieħor l-ewwel partita li qatt Parma …

Trezeguet se jkun Turin biex jibda jaħdem ma’ Juve

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista lil “L’Equipe” David Trezeguet ħabbar li għada se jkun Turin. Hu kkonferma li se jiddiskuti ma’ Juventus il-possibbiltà li hu jkollu rwol diriġenzjali. Xogħlu wisq probabbli se jkun li jaħdem sabiex Juventus isiru iktar popolari fid-dinja kollha. Fi kliem ieħor se jkun qed idur diversi postijiet u jippromwovi lill-klabb Juventin. Matthew Scerri

Riżultati 20 ġurnata Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-Sibt 24 ta’ Jannar 2015, 6.00 p.m. Cagliari – Sassuolo 2-1 Is-Sibt 24 ta’ Jannar 2015, 8.45 p.m. Lazio – Milan 3-1 Il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015, 3.00 p.m. Inter – Torino 0-1 Juventus – Chievo 2-0 Parma – Cesena 1-2 Sampdoria – Palermo 1-1 Verona – Atalanta 1-0 Il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015, 8.45 p.m. Fiorentina – Roma 1-1 …

Jifdal biss Osvaldo u Necid

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li jfallilhom l-akkwist ta’ Zaza, Juventus xorta se jagħmlu akkwist fl-attakk. F’dan l-istadju l-uniċi alternattivi għal Zaza huma Osvaldo u Necid. Pazzini, li Allegri tant xtaq, m’għadux għall-bejgħ wara li El Shaarawy kiser siequ. Jifdal Osvaldo li hu eks plejer Juventin u li jinsab miġġieled minn ma’ Inter. Barra minn hekk hemm Tomas Necid li Juventus qed jixtru flimkien …

Zaza. Sassuolo ma jridux jafu li jbigħuh

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-laqgħa tal-lum bejn Juventus u Sassuolo ma’ ħallietx l-effett mistenni. Sassuolo għarrfu lil Juventus u lil Zaza nnifsu li huma ma jridux ibigħu lill-attakkant Taljan f’Jannar. Sassuolo jeħtieġu lil Zaza sabiex ma jisfgħux relegati. Juventus mhux se jaqtgħu qalbhom u għada stess se jkollhom kuntatt mill-ġdid ma’ Sassuolo għal Zaza. Matthew Scerri