Juventus-Fiorentina 1-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus konfużjonarja u diżattenta fil-fażi difensiva sfat telliefa fl-ewwel sfida kontra Fiorentina fis-Semifinali tal-Coppa Italia. L-eroj tas-serata għal Fiorentina kien Salah li għaraf japprofitta mill-iżbalji difensivi ta’ Juventus. Issa Juventus iridu jegħlbu lil Fiorentina billi jiskorjaw żewġ gowls iktar sabiex jgħaddu. Inkella jista’ jkun biżżejjed gowl biss iktar minn Fiorentina mir-riżultat ta’ 3-2  ‘l quddiem favur Juventus. JUVENTUS-FIORENTINA 1-2 SKORJAW: …

Kenedy interessat jilgħab fl-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Evandro Ferreira, li għandu l-prokura ta’ Kenedy, ikkonferma li hemm diversi klabbs interessati fil-plejer ta’ Fluminense. Hu sostna li Kenedy jinsab interessat li jilgħab fl-Italja. Ferreira temm jgħid li s’issa l-ebda klabb ma ressaq offerta uffiċjali għal Kenedu u għaldaqstant m’hemm negozjati ma’ ħadd. Matthew Scerri

Marotta: “Irridu nibnu tim madwar Pogba”

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta llum ddikjara li Pogba hu proprjetà ta’ Juventus u għaldaqstant huma l-Bianconeri li jridu jiddeċiedu l-futur tal-midfielder Franċiż. Hu qal li Juventus iridu jibnu tim qawwi madwar Pogba, bi plejers ta’ klassi li jkunu denju li jidħlu f’dat-tim. Matthew Scerri

Morata. Bi 80 miljun jista’ jmur ma’ min irid

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tiżvela li Alvaro Morata jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 80 miljun Ewro. Din iċ-ċifra ma tapplikax biss għal Real Madrid li għandhom id-dritt ta’ ‘recompra’ fl-2016 u fl-2017 għal 30 u 35 miljun Ewro. Għaldaqstant Arsenal u Liverpool iridu jkunu disposti li jħallsu din is-somma jekk iridu jiksbu s-servizzi ta’ Morata. Tajjeb …

Kif se jilagħbu llejla

MatthewJuve News Leave a Comment

JUVENTUS (4-3-3): Storari; Caceres, Bonucci, Ogbonna, Padoin; Vidal, Marchisio, Pogba; Pepe, Llorente, Coman. FIORENTINA (4-3-3): Neto; Richards, Basanta, Rodriguez, Alonso; Mati Fernandez, Badelj, Kurtic; Joaquim, Gomez, Salah. Matthew Scerri

Raiola jerġa’ jitkellem dwar Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Le Parisien’, l-aġent Mino Raiola qal: “Kulħadd qed jaħseb li Paul [Pogba] se jitlaq lil Juventus, iżda dan mhux ċert. Kollox se jiddependi mir-rieda ta’ Juventus u ta’ Paul innifsu. Se jitlaq biss jekk ikun wasal il-mument li jitlaq”. Raiola kien qed jitkellem dwar possibbilità li Pogba jmur jilgħab fi Franza. Il-kliem tiegħu jagħtina x’nifhmu li Pogba se …

Vidal l-Aqwa Plejer ta’ Roma-Juve

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal kien ivvutat minnkom bħala l-Aqwa Plejer tal-partita Roma-Juventus. Kif tafu wara kull partita fil-grupp tagħna f’Facebook ikollkom l-opportunità li tivvutaw għall-aqwa plejer tal-partita. Il-voti ta’ Roma-Juventus tqassmu hekk: Vidal (38) Pereyra (24)  Tevez (13) Marchisio (6) Bonucci (1)  Illejla stess wara Juventus-Fiorentina tkunu tistgħu tivvutaw għall-Aqwa Plejer tal-partita. Matthew Scerri

Video: Il-Finali tal-Coppa Italia 1960

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-istorja tal-konfronti bejn Juventus u Fiorentina hemm episodju partikolari. Iż-żewġ timijiet kienu ltaqgħu fit-18 ta’ Settembru 1960 fil-Finali tal-Coppa Italia. Il-partita ntlagħbet fl-istadio San Siro u rat lill-Bianconeri joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2 (wara l-ħin miżjud). Dakinhar Juventus kienu saru t-tieni tim fl-istorja Taljan li għamlu d-double bir-rebħ tal-iscudetto u l-Coppa Italia. Matthew Scerri

Tqassim tat-tesseri u r-rigali tal-Juventus DOC

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtieq iħabbar li minn nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu se jibdew jitqassmu t-tessera u r-rigal tal-Juventus DOC għal dan l-istaġun. Min ma jkunx jista’ jiġborhom dakinhar, ikun jista’ jagħmel dan fil-jiem tal-ftuħ tas-Segretarjat, jiġifieri kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30 p.m. u 8.00 p.m., jew inkella qabel il-partiti ta’ Juventus. …