Mkhitaryan flimkien ma’ Witsel

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-edizzjoni tal-lum ta’ “Tuttosport” naqraw li l-pjan ta’ Juventus hu li jixtru lil Witsel u Mkhitaryan flimkien sabiex isaħħu l-midfield tat-tim ta’ Allegri. Dan kollu se jseħħ biss jekk verament jitlaq Pogba u allura Juventus ikollhom ħafna flus x’jinvestu. Matthew Scerri

Conte: “Mhux se nitlaq lill-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

Conte u Tavecchio ltaqgħu u tkellmu. Il-kowċ Juventin stqarr li hu se jibqa’ mal-Italja u jrid jirrispetta l-kuntratt li ffirma. Fi kliem ieħor hu se jkomplu jmexxi lill-Azzurri sal-Euro2016. Tavecchio, min-naħa tiegħu, stqarr li r-rieda tiegħu hi li jġedded il-kuntratt ta’ Conte u mhux li jxolji l-ftehim attwali. Matthew Scerri

Rivoluzzjoni Bianconera maħsuba għas-sajf

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li fis-sajf li ġej Marotta u Paratici jixtiequ jibdlu ftit plejers mhux ħażin fit-tim. X’aktarx Juventus se jkunu qed jieħdu gowlkiper, żewġ difensuri, midfielder u żewġ attakkanti. Dawn se jiżdiedu mal-plejers fit-tim. Skont ‘Tuttosport’ mhuwiex neċessarji bilfors li jiġi ssagrifikat Pogba jew xi waħda mill-istilel l-oħra ta’ Juventus. Matthew Scerri

Witsel jista’ jkun l-eredi ta’ Pogba ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta “Het Laatste Nieuws” tat l-aħbar li Juventus jinsabu f’taħdidiet ma’ Axel Witsel ta’ Zenit. Luciano D’Onofrio hu l-intermedjarju f’din it-trattativa. Witsel jista’ jkun l-eredi ta’ Pogba ma’ Juventus. Għalissa għad m’hemmx ftehim bejn il-partijiet, biss Juventus se jkomplu jaħdmu sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Witsel. Matthew Scerri

Erbgħin sena ilu … inċidenti waqt Milan-Juve

MatthewJuve News Leave a Comment

Taħsbu li l-polemiki u l-kontroversji bejn Juventus u Milan huma xi ħaġa biss tal-preżent? Sejrin ħażin. Fil-passat kellna episodji oħra kontroversjali. Eżempju tipiku ta’ dan hu konfront bejn Juventus u Milan f’San Siro bħal-lum erbgħin sena ilu. ‘Gobbo Maltese’ Qed iwasslulna filmat tal-partita li rat lil Juventus jirbħu 1-2 fil-grawnd. Fil-minuta 75 tal-partita, mutral mitfugħ mis-supporters Milanisti sploda fil-grawnd qrib …

Pirlo jsegwi lil Tevez ma’ Boca Juniors?

MatthewJuve News Leave a Comment

“Todo Noticias” qed jirrapurtaw li Boca Juniors jixtiequ jiksbu s-servizzi ta’ Andrea Pirlo flimkien ma’ dawn ta’ Carlos Tevez. Dawn iż-żewġ trasferimenti jistgħu jseħħu biss wara Ġunju 2016 meta jintemmu l-kuntratti ta’ Pirlo u Tevez ma’ Juventus. Matthew Scerri

Tavecchio jkellem lil Conte

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio sejjaħ lil Antonio Conte għal laqgħa personali. Hu ma tantx jinsab kuntent għall-fatt li Conte hu urtat minħabba l-problemi li qed ikollu. Fost dawn hemm it-tħassir tat-training camp ta’ Frar. Tavecchio jrid jifhem eżatt x’qed jiġri u se jitlob lil Conte garanziji li se jmexxi l-Italja sal-Euro2016. Fil-fatt hemm għidut qawwi li Milan u Roma qed …

Jackson Martinez: “Wasal iż-żmien li nitlaq lil Porto”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘El Espectador’, l-attakkant Jackson Martinez ħabbar li jħoss li wasal iż-żmien li hu jitlaq lil Porto sabiex jagħmel qabża ta’ kwalità fil-karriera tiegħu. Mistoqsi jekk huwiex sejjer jilgħab fis-Serie A jew fil-Premier League Ingliża, Jackson Martinez wieġeb biss: “Jista’ jkun”. Insomma jidher li għadu ma jafx eżattament fejn se jilgħab għalkemm hu ċert li se jitlaq lil Porto …