Il-gazzetti tal-lum

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed inġibulkom hawn taħt l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports fl-Italja għal-lum l-Erbgħa 31 ta’ Diċembru 2014. Nota: meta tikklikkjaw fuq l-istampi, tinfetaħ awtomatikament slideshow bl-istampi b’qies ikbar.  

2014 mimli suċċessi għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet stampi li jfissru ħafna. Il-paġna Facebook tal-Lega Calcio tas-Serie A ppubblikat dawn it-tliet stampi li jikkonfermaw li Juventus kienu l-aqwa tim b’mod assolut fl-Italja. L-ewwel stampa turina t-tliet timijiet li kisbu l-ikbar numru ta’ punti fis-Serie A fl-2014. Ta min jinnota d-distakk bejn il-95 punt ta’ Juventus u t-80 punt ta’ Roma: It-tieni stampa ġġibilna l-aqwa tliet topscorers tas-Serie …

Statistika dwar l-2014 tal-plejers Juventini

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit statistika interessati dwar l-2014 tat-tim Juventin, sena li kienet mimlija suċċessi għall-Bianconeri b’rekord ta’ 95 punt totali u b’medja ta’ 2.57 punt f’kull partita. Jekk ngħaddu għall-plejers individwali, naraw li n-numri juru biċ-ċar liema kienu l-aqwa plejers tas-sena. Crosses u gowls L-ikbar numru ta’ crosses wasal minn Lichtsteiner għal total ta’ 10 assists mingħandu. Il-ġirja u l-ħeffa tiegħu humka …

Video: L-aqwa mumenti tal-2014

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sena 2014 waslet biex tħallina. Kienet sena tal-ġenn għal Juventus, sena li matulha dejjem konna f’ras il-klassifika tas-Serie A. Ma rridux ninsew lanqas ir-rekord ta’ 102 punti. Kienet tassew sena fantastika u tajjeb li nfakkruha permezz tal-video ta’ hawn taħt: Matthew Scerri

Perotti. Jitkellem il-President ta’ Genoa

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn Dubai, Enrico Preziosi kkonferma li Milan, Roma u klabbs oħra importanti tas-Serie A jridu lil Diego Perotti. Hu qal li se jieħdu biss min jifhem li għalissa hu ma jinsabx għall-bejgħ. Fi kliem ieħor Genoa jridu jiftħu negozjati biss ma’ min irid lil Perotti minn Ġunju ‘l quddiem. Matthew Scerri

Video: Il-gowl tas-sena

MatthewJuve News Leave a Comment

Fadal inqas minn 48 siegħa f’din is-sena 2014. Għażilna dak li jidhrilna hu l-isbaħ gowl Juventin tal-2014. Il-gowl hu dak ta’ Tevez f’Novembru li għadda kontra Parma. Hu gowl fantastiku b’ġirja minn nofs il-grawnd u serje ta’ plejers maqbuża qabel Tevez tefa’ l-ballun fix-xibka. Matthew Scerri

Juve vs Inter għal Lavezzi u Shaqiri

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli r-rivalità bejn Juventus u Inter fil-kampanja akkwisti. Fil-fatt wara li Inter marru għal Lavezzi, sar magħruf li anki l-Bianconeri daħlu għall-istilla Arġentina ta’ PSG. Inter ħadu għalihom għax rawha bħala indħil żejjed. Għaldaqstant, biex ipattuha lil Juventus, huma ressqu offerta għal Shaqiri. F’dan l-istadju hu diffiċli ferm li wieħed jifhem x’se jkun il-futur ta’ Lavezzi u Shaqiri. Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħbieb tagħna ta’ ‘Gobbo Maltese’ illum qed iwasslulna video ta’ konfront bejn Juventus u Napoli tat-30 ta’ Diċembru 1951. Il-filmat hu dokument storiku minnu nnifsu għax jurina kemm kien differenti l-futbol f’dak iż-żmien.

Se jkun offrut kuntratt ġdid lil Tevez

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli u Beppe Marotta fil-jiem li ġejjin se joffru kuntratt ġdid lil Carlos Tevez. Skont ‘Tuttosport’ hemm ċans tajjeb li Tevez jiffirma peress li hu jixtieq jirbaħ iċ-Champions League qabel jirritorna ma’ Boca Juniors. Din hi l-ħolma tiegħu u allura lest itawwal il-perjodu tiegħu mal-Bianconeri. Barra minn hekk Tevez jinsab tassew għal qalbu ma’ Juventus fejn hu trattat qisu …