Kjaer, Nastasic u Tasci għad-difiża

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħidma ta’ Marotta u Paratici sabiex isaħħu lit-tim ta’ Allegri ma tintemm qatt. Huma bħalissa qed jaraw kif jistgħu jixtru difensur riserva għal Barzagli. Il-plejer li jridu hu Simon Kjaer ta’ Lille, li però jiswa 10 miljun Ewro. Difensuri oħra segwiti minn Juventus huma: Serdar Tasci ta’ Stuttgart u Nastasic li għadu proprjetà ta’ Manchester City. Matthew Scerri

Kishna ma’ Juventus fis-sajf?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fis-sajf li ġej Juventus mistennija jippruvaw jixtru lil Ricardo Kishna ta’ Ajax. Il-midfielder offensiv għandu kuntratt li jiskadi fl-2016. L-aġent tiegħu hu Raiola u dan lest jagħmel minn kollox sabiex Kishna jingħaqad mal-Bianconeri. Matthew Scerri

Interessati f’Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus huma fost il-ħafna timijiet li tefgħu għajnejhom fuq Paulo Dybala ta’ Palermo. S’issa f’22 partita hu skorja 11-il gowl. Liverpool, Arsenal u Manchester United qed jibagħtu l-iscouts tagħhom sabiex isegwuh u jarawh fl-azzjoni. Minn dak li naqraw fuq ‘Tuttosport’ jidher li anki Juventus iridu b’saħħa. L-unika problema hi li Palermo qed jitolbu somma ta’ 40 miljun Ewro għalih. Matthew …

Coman mill-ewwel minuta kontra Cesena?

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar il-Ħadd Carlos Tevez se jkun sospiż u peress li Matri għadu qed jirkupra mill-injury, hemm ċans tajjeb li naraw mill-ewwel minuta lil Kingsley Coman. Allegri jemmen ħafna fih u lest jerġa’ jibdieh mill-ewwel minuta. Matthew Scerri

Juve Top XI 1975-2015

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Erbgħin Anniversarju mit-twaqqif tal-Club tagħna, talbnikom tivvutaw fix-xhur li għaddew għall-Aqwa ħdax mill-1975 sal-lum. Il-Juve Top XI 1975-2015 hu magħmul mill-plejers li ġejjin: Buffon, Cannavaro, Scirea, Thuram, Cabrini, Pirlo, Zidane, Platini, Nedved, Del Piero, Trezeguet. Kowċ: Lippi Skont il-votazzjonijiet tagħkom, għamilna anki ftit riservi għal din il-formazzjoni stellari: Zoff, Chiellini, Zambrotta, Davids, Deschamps, R.Baggio, Ibrahimovic Matthew Scerri

Lippi hu l-kowċ tal-Juve Top XI 1975-2015

MatthewJuve News Leave a Comment

Marcello Lippi hu l-kowċ li intom għażiltu għall-Juve Top XI 1975-2015. Il-voti tagħkom tqassmu hekk: i) Marcello Lippi 101 vot ii) Giovanni Trapattoni 7 voti iii) Antonio Conte 5 voti iv) Fabio Capello 1 vot Issa t-tim kollu hu komplut u hekk għandna l-aqwa tim Juventin ta’ dawn l-aħħar erbgħin sena. Grazzi ħafna lil kulmin ta sehmu f’din l-inizjattiva. Matthew …

Mkhitaryan flimkien ma’ Witsel

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-edizzjoni tal-lum ta’ “Tuttosport” naqraw li l-pjan ta’ Juventus hu li jixtru lil Witsel u Mkhitaryan flimkien sabiex isaħħu l-midfield tat-tim ta’ Allegri. Dan kollu se jseħħ biss jekk verament jitlaq Pogba u allura Juventus ikollhom ħafna flus x’jinvestu. Matthew Scerri

Conte: “Mhux se nitlaq lill-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

Conte u Tavecchio ltaqgħu u tkellmu. Il-kowċ Juventin stqarr li hu se jibqa’ mal-Italja u jrid jirrispetta l-kuntratt li ffirma. Fi kliem ieħor hu se jkomplu jmexxi lill-Azzurri sal-Euro2016. Tavecchio, min-naħa tiegħu, stqarr li r-rieda tiegħu hi li jġedded il-kuntratt ta’ Conte u mhux li jxolji l-ftehim attwali. Matthew Scerri