Konfermi mill-aġent ta’ José Mauri

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Calciomercato.com’, l-aġent ta’ José Mauri kkonferma li Juventus huma fost it-timijiet li jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-midfielder ta’ Parma. Hu sostna li s’issa kien hem madwar 30 klabb li avviċinah peress li jafu li jekk Parma jfallu, Mauri jkun liberu li jingħaqad ma’ min irid b’xejn. Matthew Scerri

Pirlo: “Fadalli biex nirtira”

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Pirlo llum stqarr li fil-passat, wara t-telfa ta’ Milan kontra Liverpool fil-Finali taċ-Champions League, kien ħaseb li jirriżenja. Madankollu dak il-ħsieb għaddilu malajr. Illum hu jemmen li fadallu ħafna snin ta’ karriera quddiemu qabel jirtira. Matthew Scerri

Llorente jinsab ok

MatthewJuve News Leave a Comment

Fernando Llorente ħass fastidju muskolari u mill-ewwel sarulu xi testijiet mediċi. Irriżulta li m’għandu xejn u li nhar is-Sibt se jkun jista’ jilgħab kontra Palermo. Matthew Scerri

Il-gazzetti tal-lum (12 ta’ Marzu 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Hawn taħt għandkom issibu l-ewwel paġni tat-tliet gazzetti sportivi li jiġu ppubblikati fl-Italja. L-edizzjonijiet huma tal-lum it-12 ta’ Marzu 2015. Nota: meta tikklikkjaw fuq waħda mill-istampi, awtomatikament tinfetaħ slideshow bl-istampi ta’ qies ikbar.

Anki Juve interessati f’Ancelotti?

MatthewJuve News Leave a Comment

Carlo Ancelotti mhux qed jgħix mument faċli ma’ Real Madrid hekk kif kemm fil-Liga Spanjola kif ukoll fiċ-Champions League l-Madrileni mhux qed jibbrillaw. Hemm min qed jaħseb li jista’ jkun li fis-sajf Ancelotti jitlaq lil Real Madrid. Hu jista’ jirritorna fl-Italja ma’ Roma (il-ħolma tiegħu) minflok Rudi Garcia. Hemm min isostni li hu jista’ jieħu post Conte jekk dan jirriżenja …