KINSA TAJBA

Fl-aktar partita mportanti u deciziva ta’ l-istagun f’darna kontra tim li ghamel stagun jissielet biex ma jaqax lanqas biss inzilna fil-pitch nilghabu.

Karattru zero, hegga ta’ xejn, sistema ta’ xejn u attributi ta’ xejn biex inkun pulit uzajt il-kelma attributi. Insomma dan kien ir-ritratt ta’ stagun mill-bidu sa l-ahhar, punti mormijin ma timijiet imbarazz, punti mitlufin fl-Allianz stadium gewwa darna fejn kulhadd gej u jghaddi minn fuqna. Dik hija r-realta u l-froga ma’ saritx illum, il-froga saret mal-Verona home. Hemmhekk ktibt li dik il-loghba switilna l-ewropa u hekk kien apparti li ilna snin nilghabu man-nar nibqghu mdendlin sa l-ahhar u nghaddu mkaxkrin.

Ir-realta hi li ma ghandiex socjeta kbira sirna l-inter tal-passat, socjeta medjokri, players medjokri u rizultati tal-biki. Onestament ma’ nafx x’futur gej u issa nistghu ninsew akkwisti kbar aktar u aktar minghajr champions league.

Rajna loghba tal-misthija solidarjeta ma’ dawk kollha li kienu l-istadium u raw dik l-oxxenita ta’ prestazjoni minn dawn il-qabda mbarazz u minfuhin li huma xi stilel bir-rispett kollu. Nibda minn Yildiz li kulhadd pingih xi Del Piero, nkompli bi players bhal Mckennie u Locatelli li sakemm akkwistaw kuntratt gdid kielu l-haxix. Minn mindu iffirmaw regaw saru l-medjokrita ta’ qabel.

Izda hadt mhu ezenti, socjeta b’akkwisti tal-biza, Openda u David players li lanqas ghal Malta ma’ huma tajbin, ninkludi ukoll b’dispjacir lil Spalletti li onestament emmint li f’dan il-mument ser ikun hu li jkun kapaci jasar kollox minn dawn l-imbarazz ta’ players li ghandna. Onestament ma’ nafx minn fejn ser jibda jirranga ghal stagun iehor.

Kieku nkun floku l-hadd li gej fid-derby ninzel b’hafna players ta next generation u primavera ghaliex dawn hekk haqqom u jekk jista jkun b’rispett lejn is-sapporters ma’ narawomx aktar, l-aqwa li qabel nohorgu ghal loghba kulhadd ihares lejn il-mera jara u jaghmel xaghru jekk rajtu bhali!

Ikinsuwom il-barra u gibu rispett lilna s-sapporters. Issa misskom l-abbonamenti tqasmuwom b’xejn u hallukom mill-full u stars u rajnijom l-istars ja qabda inkapaci!

FORZA JUVE DEJJEM

Pass Iehor

Kontra Lecce barra minn darna ma’ kellix l-icken dubju li ma’ kinitx ser tkun facli specjalment wara d-dro mizeru f’darna kontra Verona li tefghana f’periklu li nitilfu r-raba post.

Fortunatament morna fil-vantagg wara ftit sekondi minn Dusan Vlahovic li rritorna ma’ l-ewwel hdax wara kwazi 6 xhur mill-injury li kellu. Fl-ewwel taqsima konna dominanti u kellna aktar cansijiet biex inkabbru l-iskor izda bhas-soltu nsofru biex naghlqu l-partiti u nserrhu rasna.

Bosta players kellom partita pozittiva u fostom rajt lil Koopmeiners ahjar mis-soltu fil-midfield, kien aktar trankwill u prattikament kien il-playmaker tal-loghba. Ir-ritorn ta’ Vlahovic kien importanti, skurja mal-ewwel, kellu bosta okkazjonijiet u gowl iehor mhassar.

Fit-tieni taqsima ergajna hrigna tajjeb u sibna x-xibka ukoll rega Vlahovic izda bhas-soltu l-var bhal dejjem tahdem biss kontrina u thassar gowl ghal millimetru ta’ spalla izda alla jbierek kontrina l-var ikun perfett. Inkredibbli kemm jittiehdu malajr id-decizjonijiet kontrina!

Kont konvint meta nkredibilment thassar gowl iehor ta’ Kalulu u ghadni ma’ nistax nifhem ghaliex! Kont konvint li ser impattu qares ghal dawn id-decizjonijiet ghaliex konvint bil-hmieg li ghaddej kontrina u aktar konvint li r-referee prova jghin lil Lecce jgibu d-dro u nghidilkom ukoll li huwa wiehed minn dawk fil-lista tal-graditi mis-socjeta inter! Ir-risposta taslu wahedkom ghalija.

Fadal l-ahhar zewg partiti ma’ l-aktar timijiet li joboduna, xejn ghadu m’huwa cert, irridu nirbhuwom it-tnejn li huma, mhux ser tkun facli, nibki l-punti li tlifna fix-xejn kontra timijiet medjokri ghaliex kieku ahna prattikament gewwa fic-champions league.

Ghal partita li jmiss.

U bhal dejjem FORZA JUVE