INZUL BLA TMIEM

Komplejna t-triq tan-nizla li issa ilna li qbadna dawn lahhar sitt gimghat u t-triq biex nirritornaw ghar-rebh ma’ tidhirx vicin anzi kif ktibt, dan l-ahhar wisq nibza li nitilfu dak kollu li akkwistajna illum nghid b’miraklu.

Assistejna ghal l-ewwel taqsima li ghalkemm fl-ewwel nofs sija xuttjajna 7 darbiet kontra xejn ta’ atalanta xorta ma’ rajna kwazi xejn, l-ebda determinazzjoni, l-ebda ideja ta’ sistema u bl-avversarji li kienu ghadom kif laghbu l-hamis jigru aktar minna.

Il-gowl tal-vantagg ta’ atalanta jixhed is-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Qlajna gowl bi skema studjata u l-players taghna totalment icassati u hadd ma’ jsegwi player avversarju li tixhed in-nuqqas ta’ koncentrazzjoni u nissokta nghid mentalment il-players qeghdin diga fil-vaganzi tas-sajf!

Il-gimgha l-ohra kien hawn min ha ghalih ghax it-titlu li uzajt kien telfa mhabbra u xi whud staghgbu! Ghandom dritt biex ma tifmunix hazin ghax ghalhekk qeghdin hawn biex kulhadd jesprimi l-opinjoni tieghu imma nistaqsi, x’fiducja jista jkollok meta tara skwadra minghajr ewropa u titrenja gimgha shiha u ma’ tarax l-icken pjan? Kif tista jkollok fiducja meta ma’ tarax l-icken reazzjoni ta’ xejn fil-players? Jien nghid mhux bilfors! Jekk kwalita ftit hemm, mhux bilfors? Jekk hemm minn ta l-anqas 6 jew 7 players lanqas huma stess ma’ jafu kif spiccaw jilghabu ma’ Juventus. Miniex ha nidhol fi players singoli ghax naghmel gimgha nikteb imma nsemmi wiehed mil-players li kif jaqbad il-ballun jaqbadni l-biki ! Locatelli! Nipprova nifhem ghaliex dan swiena 45 miljun!

Nerga nghid il-problema mhix Allegri biss apparti li kulhadd jaf li hemm bzonn u gejja bidla zgur! Il-problema hija hafna aktar u jien nibqa nghid illi l-problema gejja minn fuq nett u inutli li nitfghu il-flus biss meta nigu darna mal-hajt biex nsewwu it-tghaffig li sar f’dawn lahhar snin.

Imma nerga nigi ghal partita, u kwazi nasal nghid li anzi hadna dro ghaliex kif rajna meta dawwarna r-rizultat flok komplejna sportivament insawtuwom ghax deheru li fizikament kienu ghejjew, bil-kontra ippenetrawna qisu kien hemm il-fatati u dan kollu kawza ta’ midfield iddizastrat bi players medjokri.

Jiddispjacini bhalkom u daqskom illi sfortunatament il-klabb li tant nhobbu flok kompla jikber ippermetta li mmorru 15 il-sena lura u rxoxtajna lil haddiehor b’ghazliet socjetarji fqar u billi ippermettew l-attakk medjatiku fuqna ghal darb’ohra.

Sfortunatament jonqosna hafna u hafna biex nergghu nkunu konsidrati klabb kbir b’tim decenti u kompetitiv kemm fl-italja u wisq aktar fl-ewropa.

Izda bhal dejjem fit-tajjeb u l-hazin;

FORZA JUVE FINO ALLA FINE