It-tieni telfa f’żewġ partiti tal-kampjonat għal Juventus f’dak li hu l-agħar bidu tal-istaġun ta’ kull żmien. Għal 85 minuta rajna Juventus kerha immens li kienet tixbah iżjed lill-Juventus ta’ Ranieri milli lil dik ta’ Conte jew tas-sena li għaddiet. Hu veru li hemm ħafna plejers neqsin u diversi huma l-plejers ġodda, imma onestament konna qed nistennew li t-tim ikun ferm …
Il-gazzetti tal-lum (5 ta’ Awwissu 2015)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġna tal-gazzetti Taljani tal-isports li huma pubblikati llum il-5 ta’ Awwissu 2015. Infakkrukom li meta tikklikkjaw fuq waħda mill-istampi, awtomatikament tinfetaħ slideshow bir-ritratti ta’ qies ikbar.
Diżgwid bejn Allegri u Tevez?
“Tuttosport” żvelat li kien hem xi diżgwid bejn Allegri u Tevez li wassal biex jitħaffef il-proċess għal ritorn immedjat ta’ Tevez ma’ Boca Juniors. Allegatament wara l-Finali ta’ Berlin Allegri ma kienx sodisfatt bil-wirja li Tevez kellu kontra Barcellona. Tevez kien affrontat fuq hekk u l-Arġentin, li kien għadu qed itella’ u jniżżel jibqax ma’ Juventus jew inkella jitlaqx ma’ …
Buffon u Marchisio jitilfu Kroazja-Italja?
Buffon u Marchisio jaf mhumiex se jkunu jistgħu jilagħbu għall-Italja. Fil-fatt Buffon qed iħoss fastidju żgħir meta jċaqlaq il-minkeb. Marchisio, mill-banda l-oħra, ma jinsabx f’sikktu mija fil-mija u mhux qed jittrenja sew. Matthew Scerri
Il-mixja ta’ Juventus fiċ-Champions League/3
Wasalna fit-tielet parti ta’ din il-ħarsa li qed nagħtu lejn il-mixja ta’ Juventus f’din l-edizzjoni taċ-Champions League. Issa jmiss li naraw il-konfronti ma’ Monaco fil-Kwarti-Finali. Bħal dejjem qed nerġgħu nġibu dak li konna ktibna wara l-partiti. L-ewwel leg Monaco kienu għadma iebsa iktar minn kemm ħsibna u Juventus kellhom ibatu ftit sabiex jirbħu dan l-ewwel konfront. Il-Franċiżi huma tim solidu …
Kif se jilagħbu llejla
Juventus (4-3-1-2): Buffon; Padoin, Marrone, Ogbonna, De Ceglie; Sturaro, Marchisio, Pereyra; Pepe; Morata, Coman Sostituti: Storari, Evra, Bonucci, Chiellini, Barzagli, Asamoah, Pirlo, Pogba, Vidal, Llorente, Matri, Tevez. Kowċ: Allegri Sospiż: Lichtsteiner Neqsin: Caceres, Romulo Napoli (4-2-3-1): Andujar; Maggio, Albiol, Britos, Ghoulam; David Lopez, Inler; Callejon, Hamsik, Mertens; Higuain Sostituti: Rafael, Colombo, Henrique, Strinic, Jorginho, Gargano, Insigne, Gabbiadini. Kowċ: Benitez Sospiż: Koulibaly Neqsin: Michu, Zuniga, De Guzman, Mesto, Zapata Matthew Scerri
Il-gazzetti tal-lum (28 ta’ Marzu 2015)
F’dan il-post tistgħu taraw l-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports ippubblikati fl-Italja llum it-28 ta’ Marzu 2015. Nota: meta tikklikkjaw fuq waħda mill-istampi, awtomatikament tinfetaħ slideshow bir-ritratti ta’ qies ikbar.
Laqgħa ta’ Informazzjoni
Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jistiednu lill-membri u lis-supporters Juventini sabiex jattendu għat-tieni Laqgħa ta’ Informazzjoni li se tiġi organizzata f’dan l-istaġun. Il-Kumitat jemmen ħafna li intom il-membri għandu jkollkom l-opportunità li tressqu l-ilmenti tagħkom, tipproponu bidliet marbutin mal-Club, kif ukoll tagħtu l-feedback tagħkom dwar dak kollu li jkun qed iseħħ. Il-Laqgħa ta’ Informazzjoni …
Rebħa kontra Chieri bl-iskor ta’ 6-1 (il-video)
Rebħa bl-iskor ta’ 6-1 f’partita ta’ ħbiberija li Juventus lagħbu kontra d-dilettanti ta’ Chieri. Matri lagħab 45 minuta u skorja 2 gowls. Il-gowls l-oħra waslu minn Sturaro, Coman, Pepe u Llorente. Dan li ġej hu video bl-aqwa siltiet ta’ din il-partita: Matthew Scerri
Il-gazzetti tal-lum (19 ta’ Frar 2015)
Qed inġibulkom hawn taħt l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports fl-Italja għal-lum id-19 ta’ Frar 2015. Nota: meta tikklikkjaw fuq l-istampi, tinfetaħ awtomatikament slideshow bl-istampi b’qies ikbar.