Martin Caceres u Alessandro Matri llum ittrenja mal-bqija ta’ sħabhom b’mod regolari. Dan juri li huma daqt se jkunu jistgħu jirritorna għall-azzjoni. Mhux ċert jekk dan huwiex se jsir kontra Atalanta jew inkella f’xi waħda mill-partiti ta’ wara. Matthew Scerri
Cesena-Juventus bir-ritratti
Qed inġibulkom hawnhekk ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti ta’ Cesena-Juventus.
Biljetti at face value għall-membri tagħna!
Li tkun parti mill-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) tfisser, fost l-oħrajn, li jkollok id-dritt tixtri biljetti tal-partita ta’ Juventus at face value, jiġifieri bl-istess prezz li jbigħuhom Juventus FC. Numru kbir ta’ membri tal-Club tagħna għadhom kemm xtraw l-biljetti għall-partita taċ-Champions League, Juventus-Borussia Dortmund. Min ikun interessat li jixtri l-biljetti għandu dejjem jikkuntattja lill-membri tal-Kumitat jew jibgħat email …
Juventus-Milan. Statistika
Konfronti diretti komplessivi matul is-snin bejn Juventus u Milan (fil-kompetizzjonijiet kollha): Numru ta’ partiti: 215 Rebħiet Juventus: 78 Draw: 72 Rebħiet Milan: 65 Gowls skorjati minn Juventus: 302 Gowls skorjati minn Milan: 286 Konfronti diretti komplessivi matul is-snin bejn Juventus u Milan (fil-kampjonat): Numru ta’ partiti: 159 Rebħiet Juventus: 57 Draw: 54 Rebħiet Milan: 48 Gowls skorjati minn Juventus: 219 …
Video: Daniele Rugani
Qed inwasslulkom filmat li jagħtina stampa ċara ta’ min hu d-difensur il-ġdid ta’ Juventus, Daniele Rugani, li mill-1 ta’ Lulju se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Massimiliano Allegri.
Il-gazzetti tal-lum (5 ta’ Frar 2015)
Qed inġibulkom hawn taħt l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports fl-Italja għal-lum il-5 ta’ Frar 2015. Nota: meta tikklikkjaw fuq l-istampi, tinfetaħ awtomatikament slideshow bl-istampi b’qies ikbar.
Il-gazzetti tal-lum (4 ta’ Frar 2015)
Qed inġibulkom hawn taħt l-ewwel paġna tat-tliet gazzetti tal-isports fl-Italja għal-lum l-4 ta’ Frar 2015. Nota: meta tikklikkjaw fuq l-istampi, tinfetaħ awtomatikament slideshow bl-istampi b’qies ikbar.
It-trasferimenti kollha tat-timijiet tas-Serie A
Is-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti waslet fi tmiemha. Qed inġingu hawnhekk lista sħiħ ta’ trasferimenti li seħħew fis-Serie A. ATALANTA Xtraw lil: Pinilla (a, Genoa), Emanuelson (m, Roma). Neħħew lil: Molina (m, Carpi), Spinazzola (m, Vicenza). CAGLIARI Xtraw lil: Alejandro Gonzalez (d, Verona), Brkic (g, Udinese), Husbauer (m, Sparta Praga), Cop (a, Dinamo Zagabria), Mpoku (a, Standard Liegi). Neħħew lil: Eriksson …
Juve xtraw lil Bunino
Juventus xtraw lill-attakkant ta’ Pro Vercelli, Cristian Bunino. Hu se jibqa’ b’self mal-klabb tiegħu għas-sena u nofs li ġejjin. Minn Lulju 2016 hu se jjingħaqad ma’ Juventus, dejjem jekk ikun wera li ħaqqu jilbes il-flokk Juventin. Matthew Scerri
Għażla ħażina!
Mhuwiex fl-istil ta’ din il-website, la qatt kien u qatt mhu se jkun, li nfaħħru u nċapċpu għal dak kollu li jagħmlu Juventus. Aħna naħsbu b’rasna u nfaħħru dak li hu xieraq li jitfaħħar, filwaqt li nikkritikaw xi affarijiet li ma jkunux saru sew. Ovvjament aħna nesprimu l-ideat tagħna u nħallu f’idejkom li tilqgħuha jew inkella jkollkom opinjoni oħra. Niġu …