Juventus-Napoli 7-8 (wara l-penalties)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Napoli rebħu s-Super Cup bil-lotterija tal-penalties. Fil-grawnd Juventus kienu kemxejn aħjar minn Napoli, imma bħas-soltu ma jrnexxiliex nagħlqu l-partita. Higuain wieġeb darbtejn lil Tevez biex xejjen it-tajjeb kollu li l-istilla Bianconera ħolqot. Kollox ma’ kollox l-iskwadra kienet għajjiena ferm wara erba’ xhur intensivi wisq. Kien imissna għarafna nikkontrollaw aħjar il-partita, u fuq kollox hemm bżonn li nidraw darba għal dejjem …

Pogba l-osservat speċjali

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Is-Super Cup fil-Qatar hi vetrina għall-futbol Taljan f’wieħed mill-iktar pajjiżi sinjura tad-dinja. Se tkun ukoll vetrina għal Paul Pogba. Fil-fatt Tamin Al Thani, sid il-klabb ta’ PSG, hu mill-Qatar u se josserva b’mod speċjali lil Pogba waqt li jkun fl-azzjoni ma’ Juventus. Jista’ jagħti l-każ li wirja f’daru, Al Thani jkompli jikkonvinċi ruħu dejjem iktar sabiex iressaq offerta fenomenali għal …

Juventus-FIGC. Jidħlu fin-nofs l-avukati

MatthewJuve Uncategorised 2 Comments

‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus qed jieħdu pariri legali sabiex jaraw kif jistgħu jopponu t-talba tal-FIGC li jinżamm training camp fil-bidu ta’ Frar. Conte jrid dan it-training camp biex ikun jista’ jaħdem mal-plejers tat-tim tiegħu u fl-istess ħin jibda jesperimenta ftit. Juventus ma jridux jafu li jisilfu l-plejers tagħhom lit-tim nazzjonali. Ma ninsewx li Juventus huma t-tim li l-iktar ikollu plejers …

Rolando jew Rugani għad-difiża

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

It-tfittxija ta’ difensur ġdid għal Juventus issa ilha għaddejja sew. Il-Bianconeri ħadu in konsiderazzjoni diversi plejers. Minn dan li qed naqraw joħroġ ċar li l-istrateġija ta’ Juventus hi li jippruvaw jieħdu lil Rolando b’self mingħand Porto. Fl-istess ħin, però, dan jista’ ma jkunx faċli u allura tibqa’ miftuħa l-opzjoni Rugani. Juventus huma miftehma ma’ Empoli li jieħdluh lura f’Ġunju. Madankollu …

Allegri u Bonucci sospiżi

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Massimiliano Allegri ġie sospiż għal partita waħda peress li fi tmiem Juventus-Sampdoria insulta lir-referee. Juventus ħabbru li se jappellaw għal din id-deċiżjoni.   Il-plejers kollha sospiżi fis-Serie A huma: Ruben Botta (Chievo), Cannavaro u Consigli (Sassuolo), Jansson (Torino), Perin (Genoa), Volta (Cesena), Agostini (Verona), Albiol (Napoli), Astori, Holebas u Pjanic (Roma), Bonucci (Juventus), Allan (Udinese), Perotti (Genoa), Romagnoli (Sampdoria), Vecino …

Zaza f’Jannar?

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Il-website ‘Calciomercato.com’ tirraporta li Juventus se jippruvaw jieħdu lura lil Simone Zaza fis-sessjoni ta’ Jannar tas-suq tat-trasferimenti. Il-Bianconeri diġà għandhom ftehim f’dan is-sens ma’ Zaza nnifsu. Issa jonqos li Juventus jikkonvinċu lil Sassuolo jbigħulhom lil Zaza f’Jannar għal 15-il miljun Ewro.   Matthew Scerri

L-ewwel gowl ta’ Evra

MatthewJuve News, Uncategorised Leave a Comment

Juventus-Sampdoria se tibqa’ mfakkra bħala l-partita li fiha Patrice Evra skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Haw taħt qed inġibu  numru ta’ ritratti tal-gowl u l-mod kif hu feraħ wara li skorja.                              

Tacconi fostna!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) qed jorganizzaw ikla tal-Milied għall-membri, il-familja u l-ħbieb tagħhom. L-ikel se ssir fl-Aroma Restaurant nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru fit-8.30 p.m. Għal din l-ikla se jkollna bħala mistieden speċjali lill-eks gowlkiper ta’ Juventus, Stefano Tacconi. Il-prezz hu ta’ 28 Ewro kull persuna (four course meal). It-tfal taħt l-10 snin iħallsu biss 10 …