Ceferin jhedded li l-klabbs tal-Belġju jibqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-Uefa, Aleksander Ceferin kellu kliem iebes fil-konfront tal-FA tal-Belġju għad-deċiżjoni li jwaqqfu għal kollox il-kampjonat domestiku u jagħtu t-titlu ta’ champions lil Club Brugge. “Ma naħsibx li dan hu l-mod kif isiru l-affarijiet. It-timijiet tal-Belġju u l-oħrajn li qed jaħsbu f’soluzzjonijiet simili qed jirriskjaw li jibqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li jmiss,” qal Ceferin. Hu kompla jgħid li l-prijorità bħalissa hi li l-kampjonat jitkomplew, anki akkost li l-partiti jintlagħbu fil-bibien magħluqa, anki akkost li l-istaġun jibqa’ għaddej sa Lulju u Awwissu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *