Bi pjacir kbir inħabbru illi waqt l-Open Day li se ssir ġewwa l-Club il-Ħadd 25 ta’ Marzu, għoġobha taċċetta l-istedina tagħna l-kantanta bravissima Christabelle Borg li għal snin twal ilha membru mal-Club tagħna sabiex tonorana bil-presenza tagħha waqt is-serata ta’ filghaxija fejn ukoll se nkunu qiegħdin nippreżentawlha tifkira sabiħa għas-suċċess miksub ferm mistħoqq tagħha fil-Malta Eurovision 2018.
