Conte jwieġeb għal dikjarazzjonijiet li Agnelli qatt ma għamel

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport ilbieraħ ippubblikat fuq l-ewwel paġna titlu kbir li skontu Andrea Agnelli stqarr li jinsab kontra l-idea ta’ xi supporters Juventini li titneħħa l-istilla ta’ Conte mill-Allianz Stadium. Waranofsinhar, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Conte sostna li kien jinsab iddispjaċut li Agnelli tkellem pubblikament dwar dal-każ u b’hekk ta iktar prominenza lill-injoranza ta’ dawk li kienu qed isostnu din l-idea. Fuq is-social media ilu jdur dan il-filmat bid-dikjarazzjonijiet ta’ Conte, li bħal dejjem saħħnu xi ftit l-irjus lejlet partita daqstant delikata. Il-problema hi li Agnelli fil-verità qatt ma għamel ebda dikjarazzjoni dwar Conte. Skont Sky il-President Juventin qatt ma ħa ebda pożizzjoni dwar dil-kwistjoni u lanqas biss qatt ma kkummenta pubblikament dwarha.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *