Cristiano Ronaldo ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Sampdoria

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Juventus-Sampdoria tas-Sibt li għadda 29 ta’ Diċembru 2018. Il-logħba kienet valida bħala d-dsatax-il ġurnata tas-Serie A TIM 2018/19. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

Kontra wieħed mit-timijiet sorpriża ta’l-istaġun CR7 kellu partita oħra mill-aqwa. Gowl fil-bidu tal-logħba u penalty fit-tieni taqsima tat lil Juventus l-aħħar tlett punti ta’l-ewwel rawnd tas-Serie A . Lil Ronaldo inthom ippremjajtuh bil-61% tal-voti. Fit-tieni post poġġejtu lil Paulo Dybala bit-23% filwaqt li fit-tielet spiċċa Giorgio Chiellini bid-9% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

Infakkrukom ukoll fil-profili ‘social’ tal-club tagħna :

Paġna Facebook : https://www.facebook.com/JuventusClubVeroAmore/

Grupp Facebook: https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/

Profil Instagram : https://www.instagram.com/jcmalta1975/

Profil Twitter : https://twitter.com/JCMalta1975

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *