Daqqa oħra għal Juventus b’rabta ma’ Calciopoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Collegio di Garanzia dello Sport, li ltaqa’ llum, stabilixxa li r-rikors ta’ Juventus kontra l-FIGC, l-Inter u l-CONI b’rabta mas-sentenza ta’ Calciopoli hu ‘inammissibbli’. Fi kliem ieħor ir-rikors m’għandux ir-rekwiżiti kollha meħtieġa biex ikun milqugħ. Ir-rikors tressaq minn Juventus wara li t-Tribunale Nazionale di Arbitrato per lo Sport tal-CONI kien iddikjara lilu nnifsu ‘mhux kompetenti’ biex jirrevoka d-deċiżjoni tal-Kummissarju Straordinarju tal-FIGC, Guido Rossi, li kien ħa t-tilu ta’ Champions tal-Italja għas-sena 2005-06 lil Juventus u tah lil Inter.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *