Dawl ġdid mal-faċċata tal-Club tagħna f’Birkirkara

MatthewJuve News

Għeżież Membri,

Wara x-xogħol estensiv li sar das-sajf biex nkomplu nsebbħu l-Club tagħna għalikom il-membri, illum tlesta wkoll dawl mal-faċċata bil-kuluri tal-bandiera Taljana. Dan seta’ jsir bl-għajnuna ta’ Duncan Agius mill-kumpanija ESS li għoġbu jagħtina il-materjal kollhu bħala sponsorizzazzjoni. Nittamaw li tkomplu turu l-apprezzament tagħkom lejna l-Kumitat u nieħdu gost bil-preżenza tagħkom fil-Club waqt il-logħob u għal avvenimenti li jiġu organizzati matul is-sena.

Inselli Għalikom

Joseph Fenech
President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email