De Ligt jispjega għalfejn għażel lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘AD’ Matthijs De Ligt spjega għalfejn għażel li jingħaqad ma’ Juventus: “Meta taħseb fl-Italja, tiġi f’moħħok id-difiża. L-akbar plejers Taljani ta’ dejjem huma difensuri. Meta kont tifel kont nammira lil Baresi, Maldini, Cannavaro u Nesta. Għad għandi l-flokk ta’ Juventus meta kellu seba’ snin. Naħseb li ma’ Juventus nista’ nsir difensur aħjar. Hawn iridu jilagħbu futbol sabiħ, imma qabelxejn iridu jirbħu. Bi plejers bħal Buffon, Chiellini u Ronaldo madwari nista’ nagħmel pass ‘il quddiem: għandhom ħafna esperjenza u se nipprova nieħu xi ħaġa minn kull wieħed minnhom.” De Ligt tkellem dwar PSG: “L-ikbar ħmerija li qrajt kienet li ma mortx ma’ PSG għax ridt naqla’ iktar minn Mbappe. Min jafni jaf sew li l-flus ma kinux importanti f’din l-għażla.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *