Disparità kbira fid-dħul finanzjarju bejn Juventus u klabbs oħra fl-Ewropa

MatthewJuve News Leave a Comment

Deloitte Touche Tohmatsu ħarġu r-rapport ta’ kull sena li jġib l-isem ta’ Football Money League. F’dak li jirrigwarda d-dħul tal-klabbs hu ta’ min jinnota li Juventus attwalment m’għadhom fit-Top 10 hekk kif Tottenham qabżuhom. Interessanti wkoll li d-dħul ta’ Real Madrid (li jinsabu fl-ewwel post) hu kważi d-doppju ta’ dak ta’ Juventus.
Fil-fatt id-dħul ta’ Juventus kien ta’ 394.9 miljun Ewro, filwaqt li Real daħħlu 750.9 miljun Ewro fis-sena li għaddiet. Mhux hekk biss, imma hemm differenzi kbar bejn id-dħul ta’ Juventus u dak ta’ timijiet kbar oħra minn Spanja, l-Ingilterra, Franza u l-Ġermanja.

Id-dħul tal-klabbs kien hekk:

1. Real Madrid – 750.9 miljun Ewro

2. Barcellona – 690.4 miljun Ewro

3. Manchester United – 666 miljun Ewro

4. Bayern Munich – 629.2 miljun Ewro

5. Manchester City – 568.4 miljun Ewro

6. PSG – 541.7 miljun Ewro

7. Liverpool – 513.7 miljun Ewro

8. Chelsea – 505.7 miljun Ewro

9. Arsenal – 439.2 miljun Ewro

10. Tottenham – 428.3 miljun Ewro

11. Juventus – 394.9 miljun Ewro

12. Borussia Dortmund – 317.2 miljun Ewro

13. Atletico Madrid – 304.4 miljun Ewro

14. Inter – 280.8 miljun Ewro

15. Roma – 250 miljun Ewro

16. Schalke – 243.8 miljun Ewro

17. Everton – 212.9 miljun Ewro

18. Milan – 207.7 miljun Ewro

19. Newcastle – 201.5 miljun Ewro

20. West Ham – 197.9 miljun Ewro

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *