Donazzjoni tal-Club b’risq Puttinu Cares

Darren Micallef Hot news, News 1 Comment

Matul il-ġurnata tal-lum li kienet it-tielet u l-aħħar jum ta’ ġbir ta’ fondi ta’ Puttinu, il-Club tagħna pparteċipa attivament billi ħa sehem fil-maratona ta’ 60 siegħa football kif ukoll ħalla donazzjoni sabiħa ta’ €480.

Din id-donazzjoni nġabret fil-mistrieħ tal-partita tal-bierah kontra Torino mingħand il-membri preżenti ġewwa l-Club kif ukoll mingħand il-players li ħadu sehem fil-partita ġewwa l-Marsa.

Ta’ min isemmi li mal-presentazzjoni ta’ din il-ġabra, il-Club tagħna bħala ġest ta’ rikonoxximent ġie ġentilment offrut mingħand il-helpers ta’ Puttinu Cares flokk uffiċjali u milbus ta’ Juventus iżda l-membri tal-Kumitat preżenti ddeċidew li jirrifjutawh u allura jħalluh hemm sabiex Puttinu jirkantawh u jkomplu jkabbru s-somma miġbura.

Il-maratona tiġi fi tmiemha llejla fl-10pm. Grazzi lil kull min ħa sehem.

In-numri biex tingħata donazzjoni huma dawn

SMS għal donazzjoni ta’ €6.99 – 50618939
Donazzjoni permezz ta’ telefonata ta’ €10 – 51602007
Donazzjoni permezz ta’ telefonata ta’ €15 – 51702006
Donazzjoni permezz ta’ telefonata ta’ €25 – 51802008

Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

Comments 1

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *