Douglas Costa ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Torino

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Douglas Costa rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Juventus-Torino ta’l-Erbgħa li għadda 3 ta’ Jannar 2018. Il-logħba kienet valida bħala l-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia TIM Cup 2017/18. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

L-attakkant Brażiljan wara bidu ta’ staġjun hekk u hekk issa qed jibda juri t-talent immens tiegħu. F’din il-logħba reġa kellu sehem tajjeb fir-rebħa juventina – mhux biss bl-ewwel gowl imma b’logħbiet denji tal-flokk li jilgħab bih. Għalhekk inthom ippremjajtuh bil-50% tal-voti. Fit-tieni post poġġejtu lil Mario Mandžukić bis-16% filwaqt li fit-tielet insibu lil Blaise Matuidi bil-11% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *