Dybala: “Dejjem ridt nibqa’ ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista li dehret illum fuq Tuttosport, Paulo Dybala stqarr li r-rieda tiegħu dejjem kienet li jibqa’ ma’ Juventus. Hu sostna li das-sajf ma kienx faċli għalih u li pprova joqgħod kwiet sabiex jagħti r-risposti tiegħu fil-grawnd. “Naħseb li għandi ħafna x’nagħti lil Juventus u ninsab kuntent b’dal li rnexxili nuri kontra Inter,” qal l-Arġentin. Fi kliemu, dis-sena ried li jinżel fil-grawnd b’moħħu liberu mill-ħsibijiet bil-għan li jieħu gost iktar jilgħab. Dybala temm jgħid li bil-logħob offensiv ta’ Sarri, għall-attakkanti x-xogħol hu iktar faċli.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *