Dybala għadu pożittiv għall-Covid-19 skont programm Spanjol

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-programm Spanjol El Chiringuito de Jugones ħareġ bl-aħbar li l-iswab test li sar dan l-aħħar lil Paulo Dybala kkonferma li l-attakkant ta’ Juventus għadu pożittiv għall-Covid-19. L-Ispanjoli qed isostnu li Dybala ttestja pożittiv għar-raba’ darba f’sitt ġimgħat. L-aħbar għadha mhix konfermata min-naħa ta’ Juventus, għalkemm tajjeb ngħidu li s’issa lanqas kellna l-aħbar li hu fieq bħalma ġara fil-każ ta’ Rugani u Matuidi. Dybala kien instab pożittiv fil-21 ta’ Marzu u minn dak li nafu hu jinsab tajjeb u f’saħħtu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *