Dybala-Higuain-Ronaldo tajbin wisq biex Juve jgħaddu mingħajrhom

MatthewJuve Leave a Comment

Il-verdett tal-grawnd ħadd ma jista’ jiċħdu: Juventus bit-trio Higuain-Dybala-Ronaldo hi ferm aqwa minn dik b’Bernardeschi fil-grawnd. Kontra Bayer Leverkusen kellna għal darb’oħra l-konferma kemm Bernardeschi qed isibha tassew tqila sabiex jadatta ruħu fil-pożizzjoni l-ġdida wara l-attakkanti. Hu veru li hemm kwistjoni marbuta mal-ekwilibriju fil-grawnd u li t-trio ta’ quddiem jaf iħalli lin-nofs il-grawnd ftit iktar mikxuf. Madankollu hu veru wkoll li Dybala-Higuain qegħdin tajbin wisq u hi ħasr li xi ħadd minnhom qed ikollu jibqa’ barra kull darba. Nemmnu li Sarri għandu jaħdem fit-training sabiex it-tim ikun ibbażat fuq it-trio Dybala-Higuain-Ronaldo u forsi jsib soluzzjoni sabiex in-nofs il-grawnd ma jbatix. Nemmnu li din tista’ tkun il-mossa biex Juventus jagħmlu dik il-qabża ta’ kwalità li kulħadd qed jistenna.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *