Dybala: “Il-kuntratt il-ġdid jiddependi minn Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħti lil CNN, Paulo Dybala stqarr li t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu jiddependi minn Juventus. L-Arġentin ammetta li jinsab għal qalbu ma’ Juventus, imma sostna anki li għalissa għad m’hemm xejn ġdid dwar il-kuntratt tiegħu, anki minħabba li l-Coronavirus waqqaf ħafna mill-operat tal-klabbs tal-futbol. Dwar dan li nqala’ s-sena li għaddiet, Dybala spjega li ma riedx jitlaq lil Juventus għax hu personali kien ġej minn staġun kemxejn diżappuntanti u allura ma riedx li s-supporters jibqgħu jiftakruh hekk. Baqa’ biex jirbaħ il-fiduċja tas-supporters u bl-għajnuna ta’ Sarri rnexxilu jagħmel dan. Finalment għad-domanda malizzjuża dwar Barcellona, Dybala wieġeb li l-Ispanjoli huma klabb kbir, imma anki Juventus huma “klabb inkredibbli, enormi, bi storja rikka. Hawn tant kwalità li jistgħu jiġu ffurmati żewġ timijiet.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *