Dybala: “Kont qrib li nitlaq lil Juventus għax hekk kien fil-pjanijiet tal-klabb”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Ninsab kuntent ma’ Juventus, imma ma nafx x’se jiġri fil-futur.” Kliem ta’ Paulo Dybala f’intervista mogħtija lil The Guardian. “Kont qrib li nitlaq. Kont naf li hekk kien hemm fil-pjanijiet tal-klabb. Stennejt sal-aħħar minuta. Però għadni hawn, f’klabb li ttrattani tajjeb. Ninsab kuntent. Sarri ried li nibqa’, ħaġa li tatni s-saħħa meta ma kontx naf x’se jiġri. Kont naf li setgħa jgħallimni u joħroġ l-aħjar minni”. L-Arġentin imbagħad tkellem dwar il-futur tiegħu: “Fadalli sentejn kuntratt. Mhumiex ftit imma lanqas ħafna. Issa naraw x’se jkunu l-pjanijiet ta’ Juventus, jekk jaħsbux li jkun aħjar li nitlaq fis-sessjoni li jmiss tas-suq tat-trasferimenti jew inkella jridux li nibqa’. Hi deċiżjoni li trid tittieħed mill-klabb. Hu diffiċli li tkun taf għax l-affarijiet jistgħu jinbidlu f’sekonda.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *