Dybala, Pogba u l-għidut mis-suq tat-trasferimenti

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport tefgħet lis-supporters Juventini mill-ġdid f’paniku hekk kif fuq l-ewwel paġna tal-ħarġa tal-lum ġabet l-aħbar li Manchester United iridu lil Dybala għal Pogba. L-aħbar ta’ Tuttosport fil-verità ġejja minn xnigħat li ilu madwar jumejn-tlieta jidhru f’xi gruppi fuq Facebook. Skont dax-xnigħat Pogba se jkun qed jirritorna ma’ Juventus, bil-Bianconeri li se jbigħu lil Dybala proprju biex ikollhom flus x’jinvestu fl-akkwist tal-Franċiż. Pogba, dejjem skont dan l-għidut, se jkollu paga ta’ 18-il miljun Ewro ma’ Juventus, li parti kbira minnha se tingħatalu direttament minn Ferrari fi sposnsorships. Anki Adidas lesti jgħinu peress li għandhom interess li jbigħu aktar flokkijiet. Kif għidna dawn għalissa huma biss xnigħat. Biss kif dejjem ngħidu l-qasba ma ċċekċikx għalxejn u normalment qabel isirui trasferimenti ta’ plejers kbar, il-klabbs jinfurmaw lill-investituri u nies oħra midħla tad-dinja finanzjarja sabiex jifhmu l-fattibilità tat-trasferiment. Jista’ jkun, għaldaqstant, li l-oriġni ta’ dax-xnigħat ġej proprju minn l-informazzjoni mgħoddija lill-investituri.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *