Ebda festa speċjali għall-preżentazzjoni ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar it-Tnejn se ssir il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Juventus. Il-preżentazzjoni se ssir bis-soltu mod permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet. Għal xi ħin kien hemm l-għidut li Juventus kienu qed iħejju festa kbira fl-Allianz Stadium. Finalment, però, jidher li kien deċiż li Ronaldo jkun trattat bl-istess mod tal-plejers l-oħra.

Tajjeb ngħidu li Ronaldo mistenni jasal Turin il-Ħadd filgħaxija jew kmieni t-Tnejn filgħodu. It-Tnejn se jsirulu t-testijiet mediċi u wara ssir il-preżentazzjoni.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *