Emre Can u xi ħaddieħor f’nofs il-grawnd għas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Forsi għal xi wħud Juventus m’għamlu xejn f’dis-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti. Fil-verità kien hemm ħidma qawwija għall-futur min-naħa ta’ Marotta u Paratici. It-tim preżenti sejjer tajjeb u fl-opinjoni ta’ Juventus ma kienx hemm il-ħtieġa li jissaħħaħ iktar. Biex ngħidu kollox mhux li kien hawn wisq plejers ta’ klassi għall-bejgħ. Għalhekk l-attenzjoni daret fuq it-tim tal-futur. Nafu li hemm kuntatti kontinwi għal Emre Can, l-eredi ta’ Khedira ma’ Juventus. Hu x’aktar mhux se jkun l-uniku akkwist f’nofs il-grawnd. Fil-fatt Juventus iridu anki lil xi ħadd li ‘l quddiem jieħu post Marchisio. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Pellegrini, Barella u Cristante. Il-plejer ta’ Roma jidher il-favorit nett ta’ Marotta u Paratici, biss jekk ma jkunx possibbli li Juventus jaslu għalih, Cristante u Barella huma alternattivi validissimi oħra.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *