Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

1 ta’ Novembru 2017 – 120 sena ta’ Juventus

November 1 @ 8:00 pm - 10:00 pm

 
Diġa’ għaddew 20 sena minn meta Juventus iċċelebraw il-100 anniversarju. Qisu lbieraħ.

Niftakru lkoll kemm aħna l-attivitajiet li kienu saru ta’ Juvecentus, in-numru kbir ta’ gadgets li kienu ġew magħmula apposta, il-bosta kotba kommemorattivi li kienu ħarġu kif ukoll il-wirja unika li kien tella’ l-Club tagħna ġewwa Villa Madama f’Ħal Balzan fuq ġimgħa sħiħa b’diversi esebizzjonisti u memorabilia prezzjuża. Kien suċċess li rnexxielu jiġbed l-attenzjoni ta’ mijiet kbar ta’ Juventini minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex.

Fl-okkażjoni tal-120 sena għalhekk ġewwa s-sala tal-Club se jkun qiegħed jintwera l-film reċenti li kiseb is-suċċess tal-kritika, “Bianconeri – Juventus Story. Il Film”.

Se nkunu qiegħdin ukoll niċċelebraw għeluq snin Juventus u kull min se jattendi se jingħata tifkira żgħira tal-okkażjoni. Narawkom!

Il-ħanut tal-merchandising se jkun miftuħ ukoll matul din l-attivita’.

Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

Details

Date:
November 1
Time:
8:00 pm - 10:00 pm
Event Category:
Event Tags:
,