Fabbricini hu l-Kummissarju Straordinarju li se jmexxi lill-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kummissarju Straordinarju li se jkun qed imexxi l-FIGC hu Roberto Fabbricini. Hu jkopri anki l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-CONI. Giovanni Malagò ddikjara li hu ma setax jieħu f’idejh il-kariga ta’ Kummissarju tal-FIGC minħabba l-impenji li għandu għal-logħob Olimpiku. Malagò żied anki li Fabbricini se jibqa’ Kummissarju tal-FIGC għal sitt xhur, bil-possibbiltà li l-Gvern Taljan itawwal iż-żmien tal-kariga.

Flimkien ma’ Fabbricini, inħatru żewġ Viċi-Kummissarji li huma Alessandro Costacurta u Angelo Clarizia. Se jkunu qed jgħinuhom ukoll, għalkemm m’għandhomx kariga speċifika, Massimo Proto u Alberto De Magro.

Issa jonqos li nsiru nafu min se jinħatar Kummissarju tal-Lega Calcio. Fabbricini stqarr illum li hu se jipproponi lil Malagò għal din il-kariga.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *