Farsa li qed tqabbadna l-biki!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar ġimgħat għexna u qed ngħixu sitwazzjoni paradossali immens fejn biżżejjed li wieħed jikteb li l-pizza hi Arġentina biex inkun mgħajjar, aħseb u ara penalty fl-aħħar minuta f’xiex jista’ jsarraf! Ilhom xhur jgħidu li l-avversarji ma jimpenjawx ruħhom kontrina, imbagħad tisma’ biss tifħir meta Inter jirbħu 7-1 lil Atalanta (ma warrbux forsi huma wkoll?). Ħalli li mbagħad il-President ta’ Sampdoria jiddikjara li jrid li t-tim tiegħu jegħleb lil Juventus biex jagħmel pjaċir lir-Romanisti!

Kull meta jirbħu Juventus, l-oħrajna jgħidu li jew sraqna l-partita (tipo nhar il-Ġimgħa għax kellna penalty li skont ir-regolament kellu jingħata) jew inkella jgħidu li l-avversarji mhux qed jimpenjaw ruħhom kontrina. Smajna li Berardi qatt ma jilgħab kontra Juventus bi ftehim minn taħt, u mbagħad spiċċa għamel xhur barra. Illum stess rajna lis-supporters ta’ Napoli jpoġġu streamer bil-kliem ‘Rigore per la Juve’ … u aqtgħu xiex: Napoli kellhom żewġ penalties f’dik l-istess partita. Għalfejn m’hemmx koerenza? Għalfejn ħadd ma jammetti l-qawwa ta’ Juventus? Għalfejn din l-għira? Irridu noqogħdu attenti għax hawn l-istess mibegħda ta’ qabel Calciopoli. Anki lokalment qrajna kummenti ta’ supporters li awguraw lil Juventus li jagħmlu l-istess tmiem tat-tim ta’ Chapoense. Istħu jekk tafu kif!!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *