Federico Bernardeschi ‘Man of the Match’ ta’ Torino-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Federico Bernardeschi rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Torino-Juventus tal-Ħadd li għadda 18 ta’ Frar 2018. Il-logħba kienet valida bħala l-ħamsa u għoxrin ġurnata tal-kampjunat Serie A 2017/18. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

L-attakkant minn Carrara reġa kellu prestazzjoni importanti fir-rebħa kontra Torino fid- ‘Derby della Mole’. Filwaqt li poġġa lil Alex Sandro f’posizzjoni tajba biex jiskorja l-gowl deċiżiv, fl-aħħar tal-logħba kellu jsofri injury muskolari li se jżommu barra għal xahar mill-anqas. Inthom ippremjajtuh bis-37% tal-voti. Fit-tieni post poġġejtu lil Alex Sandro  bil-31% filwaqt li fit-tielet insibu lil Douglas Costa bis-7% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

 

Infakkrukom ukoll fil-profili ‘social’ tal-club tagħna :

Paġna Facebook : https://www.facebook.com/JuventusClubVeroAmore/

Grupp Facebook : https://www.facebook.com/groups/JuveClubDocVeroAmoreMalta/

Profil Instagram : https://www.instagram.com/jcmalta1975/

Profil Twitter : https://twitter.com/JCMalta1975

 

 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *