Festa doppja għal Juventus fid-19 ta’ Mejju

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm indikazzjonijiet li fid-19 ta’ Mejju Juventus se jkunu qed iħejju festa speċjali għaċ-ċelebrazzjoni tar-rebħ tal-kampjonati min-naħa kemm tat-tim tal-irġiel kif ukoll minn dak tan-nisa. X’aktarx li fl-intervall bejn l-ewwel u t-tieni taqsima ta’ Juventus-Atalanta, it-tim tan-nisa se jkun ippreżentat bit-tazza. Imbagħad, fi tmiem l-istess partita, ikun imiss lil Chiellini li jgħolli t-trofew. S’issa għadu mhux magħruf jekk wara l-partita hux se jkun hemm bħas-soltu d-dawra tat-tim fuq xarabank miftuħ mat-toroq ta’ Turin.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *