Fiduċja kbira f’Juventus FC mis-swieq internazzjonali

MatthewJuve News

L-investituri internazzjonali wrew biċ-ċar fiduċja kbira f’Juventus F.C. Il-bonds li nħarġu mhux talli nbigħu malajr, imam saħanistra kien hemm offerti li komplessivament laħqu l-250 miljun (mentri l-bonds li tpoġġew fis-swieq internazzjonali kienu jammontaw għal 175 miljun). Tajjeb infakkru li l-bonds kienu riżervati biss għal investiment li jilħqu ċerta kriterji ta’ kwalità u ma kinux offruti lill-pubbliku in ġenerali. Fi kliem ieħor il-bonds ittieħdu minn investituri ta’ kalibru għoli. Andrea Agnelli stqarr li Juventus kienu pijunieri f’dal-qasam peress li kienu l-ewwel klabb kbir li qatt ħareġ bonds ta’ dil-kwalità. Ta’ min jinnota ukoll li Juventus marru tajjeb minħabba li l-bonds huma marbuta b’imgħaxx ta’ 3.375% fis-sena, rata li hi ferm iktar vantaġġjuża minn dik li normalment il-Bnak joffru għas-self ta’ flus. Tajjeb infakkru li l-bonds se jagħti riżorsi finanzjarji biex jamministraw aħjar id-dejn tagħhom u fl-istess ħin ikomplu l-investimenti fit-tim u fl-istrutturi tal-klabb.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email