Fis-27 ta’ Settembru nkunu naf għal kemm-il partita se jkun sospiż Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sentenza fil-konfront ta’ Ronaldo se tkun magħruf fis-27 ta’ Settembru meta għandu jiltaqa’ l-Bord Dixxiplinari tal-Uefa. Dakinhar biss se nkunu nafu fiċ-ċert għal kemm-il partita se jkun sospiż Ronaldo wara t-tkeċċija fil-partita kontra Valencia. Kollox iħoll u jorbot fuq dak li r-referee Brych se jikteb fir-rapport tiegħu. Il-Bord Dixxiplinari se jibbaża kollox fuq dar-rapport. L-indikazzjonijiet f’dan l-istadju huma li Ronaldo se jkun sospiż bejn partita waħda u tlieta. Hu dibattibbli ferm kemm karta ħamra diretta tista’ tissarraf f’partita waħda sospensjoni.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *