F’kollox aħjar mis-sena li għaddiet, imma …

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Sky qabblu l-andament ta’ Juventus ta’ dis-sena ma’ dak tat-tim Juventin tal-istaġun li għadda. Il-paragun sar fuq l-ewwel 20 partita tal-kampjonat. Sena ilu Juventus kienu kisbu 48 punt, filwaqt li dis-sena għandhom 50 punt. Fin-numru ta’ gowls skurjati u maqlugħa dis-sena l-istatistika hi aħjar: (49 gowl skurjat dis-sena kontra t-42 tas-sena li għaddiet; 16-il gowl maqlugħ sena ilu kontra l-15 ta’ dis-sena). Il-fatt stramb hu li minkejja li Juventus qegħdin aħjar f’kollox, is-sena li għaddiet wara 20 partita l-Bianconeri kienu l-ewwel fil-klassifika b’4 punti vantaġġ fuq Roma, filwaqt li dis-sena Juventus jinsabu fit-tieni post punt taħt il-leaders Napoli.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *