Ftehim bejn Tevez u Boca Juniors?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website “Calciomercato.com” tat l-aħbar esklussiva li Carlos Tevez jinsab miftiehem ma’ Boca Juniors sabiex minn Lulju ta’ din is-sena jirritorna magħhom. Tevez għandu kuntratt ma’ Juventus sal-2016, u kulħadd jaf li x-xewqa tiegħu hi li wara jmur jilgħab ma’ Boca Juniors. Hu ta d-disponibbiltà tiegħu li jitlaq lil Juventus sena qabel, imma ovvjament qabel irid li Juventus jappruvaw dan it-trasferiment. Il-Bianconeri ma jridux jafu għalissa li jħalluh jitlaq sena qabel. Wieħed irid jara x’se jiġri eżatt fix-xhur li ġejjin.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *