Gagliardini jagħmel ‘like’ lil Bonucci u jisfa’ mill-ġdid ikkritikat mis-supporters ta’ Inter. Anki Douglas Costa jagħmel ‘like’!

MatthewJuve News Leave a Comment

Povru Gagliardini! Wara li kien ikkritikat għax mar jara Juventus-Barcellona, issa qed ikun fiċ-ċentru tal-kritika tas-supporters tat-tim tiegħu stess peress li għamel ‘like’ (billi għafas is-simbolu tal-qalb) għal ritratt imtella’ minn Bonucci wara Barcellona-Juventus. Mill-ewwel bdiet il-kritika Nerazzurra, b’xi wħud jgħidulu ċar u tond “Mur ma’ Juventus u ġibilna 40 miljun!” (donnhom insew li qiegħed b’self magħhom u li allura l-40 miljun semmai jdaħħluhom Atalanta!).

Interessanti wkoll li anki Douglas Costa għamel ‘like’ għal dan ir-ritratt ta’ ċelebrazzjonijiet Bianconeri. Tgħid hu sinjal li verament ġej ma’ Juventus?

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *