Għada Juve se jitkellmu mal-aġenti ta’ Khedira

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li għada Juventus għandhom ikollhom laqgħa mal-aġenti ta’ Sami Khedira. Il-Ġermaniż irid jitlaq lil Real Madrid hekk kif fit-30 ta’ Ġunju jiskadilu l-kuntratt li għandu magħhom. Khedira jidher interessat ferm fl-offerta ta’ Juventus u jemmen li mal-Bianconeri se jkollu postu garantit mal-ewwel ħdax f’tim fost l-aqwa fl-Ewropa. Interessanti li Khedira jaqla’ 3.5 miljun Ewro ma’ Real u għaldaqstant Juventus jistgħu jaffordjaw il-paga tiegħu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *