Tnax-il sena mill-mewt ta’ Ale & Ricky

MatthewJuve News 1 Comment

Illum jaħbat il-tnax-il anniversarju mit-traġedja li fiha ħallew ħajjithom Riccardo Neri u Alessio Ferramosca. Iż-żewġ plejers tat-tim ‘Berretti’ ta’ Juventus kienu mietu proprju fil-15 ta’ Diċembru 2006 fit-training grounds ta’ Vinovo wara li waqgħu fi speċi ta’ lag artifiċjali, jew ġiebja kbira jekk irridu, li fiha tinħażen l-ilma li sservi biex jissaqqa l-ħaxix tal-grawnds f’Vinovo. Huma kienu marru jiġbru xi blalen li waqgħu fil-lag u bi żball spiċċaw fl-ilma huma wkoll. Il-kesħa qawwija ta’ dakinhar wasslet biex mietu mill-ewwel.

Jien, flimkien ma’ Manwel Scerri, dakinhar kont f’Vinovo waqt il-ħin tat-traġedja. Konna qed nirrappreżentaw lill-Club tagħna fid-DOC Day organizzata proprju f’Vinovo. Niftakar kesħa qawwija. Niftakar kemm konna bqajna sorpriżi meta rajna lill-bugħaddasa deħlin fil-faċilitajiet ta’ Turin. Ħadd ma kien jaf b’xejn sa dak il-ħin. L-aħbar kienet għadha ma ħarġitx. Imbagħad tlaqna lejn l-iStadio Olimpico fejn kellha tintlagħab Juventus-Cesena u malli wasalna smajna li l-partita tħassret b’rispett lejn il-vittmi.

Ale & Ricky jgħixu għal dejjem f’qalbna!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Matthew, ningħaqad miegħek fil-ħsieb ta’ din i-traġedja kbira li laqet mhux biss liz-zewġ zagħazagh u lill familji tagħhom, izda wkoll lill-familja kbira Juventina. Dik is-serata traġika għada ċara fil-memorja tiegħi speċjalment meta niftakar li flimkien fil ħemda, dlam ċappa u l-kesħa taħt iz-zero ta’ Vinovo konna daqstant qrib, metri bogħod waqt li l-mewt kienet qed taħsad liz-zewg juventini. Għaddew għaxar snin qiesu l-bieraħ, izda l-memorji ta’ dik is-serata ma tmut qatt. RIP Ale & Ricky.

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *