Giorgio Chiellini, mis-Serie B sa Berlin dejjem ma’ Juventus

MatthewJuve Leave a Comment

L-istess bħal Buffon, Marchisio u De Ceglie, Giorgio Chiellini kien fl-iskwadra Bianconera li lagħbet fis-Serie B. Hu kien dejjem il-leader tad-difiża u kollox ma’ kollox wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja matul l-aħħar għaxar snin. Ftit difensuri lagħbu b’mod regolari u konstanti bħal Chiellini. Fil-grawnd dejjem ta l-100% tiegħu u anki meta żbalja, baqa’ maħbub għax kulħadd jifhem kemm għandu għal qalbu lil Juventus. Kien magħna fil-mumenti l-koroh u kien protagonista fl-aħħar erba’ snin ta’ rebħ kontinwu. Issa d-destin ried li Chiellini se jitlef Juventus-Barcellona minħabba injury. Hu forsi kien ħaqqu iktar minn ħaddieħor li jkun Berlin għal dak li għamel għall-flokk Juventin mill-2005 ‘il quddiem.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *