Giovinco. L-aġent jiċħad li se jxolji l-kuntratt

MatthewJuve News Leave a Comment

Sebastian Giovinco mistenni jibqa’ ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju. L-aġent tiegħu, D’Amico, fil-fatt ċaħad l-aħbar li Juventus avviċinawh sabiex ixolju l-kuntratt immedjatament. D’Amico qal fl-istess ħin li jekk Juventus joffrulu ħaġa bħal din, huma lesti jikkunsidrawha.

D’Amico spjega wkoll għalfejn Giovinco għażel li jiffirma ma’ Toronto. Hu qal li għall-kuntarju tal-kampjonati Għarab u Ċiniż, fl-Amerka hemm proġett serju. Tant hu hekk li Toronto se jkunu qed jagħtu paga ta’ 10 miljun Dollaru lil Giovinco għal ħames snin, jiġifieri b’investiment totali ta’ 50 miljun Dollaru.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *