Gonzalo Higuain ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Bologna

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Gonzalo Higuain rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba kontra Bologna tal-Ħadd li għadda 8 ta’Jannar 2017. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

L-attakkant Arġentin reġa’ kien deċiżiv fil-logħba juventina. Żewġ gowls oħra skurjati biex jikkonferma l-istatus ta’wieħed mill-aqwa attakkanti fix-xena dinjija. Il-Pipita ġab il-58% tal-voti. Fit-tieni post spiċċa Kwadwo Asamoah li wara ħafna problemi ta’saħħa qisu ġej lura għal plejer li konna mdorrijin naraw qabel. Hu ġab it-13% tal-voti. Il-Principino Claudio Marchisio kiseb it-tielet post bit-8%.

Grazzi lil kull min ħa sehem

Pierre Bonavia

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *