Gonzalo Higuain ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Torino

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Gonzalo Higuain rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba kontra Torino tas-Sibt li għadda 6 ta’Mejju 2017. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

L-attakkant Arġentin kellu jidħol fil-logħba fit-tieni taqsima biex b’hekk jagħti punt ferm importanti lil Juventus fil-ġirja lejn is-sitt Scudetto konsekttiv. Kien huwa infatti skorja l-gowl fl-aħħar mumenti tal-logħba. Higuain ġab id-69% tal-voti. Fit-tieni post insibu lil Leonardo Bonucci bit-8%. Id-difensur kien attiv kemm fuq wara u kemm meta kien hemm bżonn tagħti daqq t’id fl-attakk. Fit-tielet post spiċċa Kwadwo Asamoah bis-6% tal-voti.

Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Pierre Bonavia

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *